Futbol Sport

Chelsea jirbħu l-FIFA Club World Cup b’rebħa konvinċenti fuq iċ-champions tal-Ewropa PSG

(Ritratt: EPA)
Cole Palmer jisraq ix-xena, Chelsea champions tad-Dinja għat-tieni darba

CHELSEA………………………………….3

PARIS-SAINT GERMAIN………….0

Chelsea: R.Sanchez, M.Gusto, T.Chalobah, L.Colwill, M.Cucurella, R.James (K.Drewsbury-Hall 78’), M.Caicedo, C.Palmer, E.Fernandez (A.Santos 61’), P.Neto (C.Nkunku 78’), J.Pedro (L.Delap 69’)

Paris Saint-Germain: G.Donnarumma, A.Hakimi (W.Zaire-Emery 73’), Marquinhos, L.Beraldo, N.Mendes, Vitinha, J.Neves, F.Ruiz (S.Mayulu 73’) K.Kvaratskhelia (B.Barcola 56’), O.Dembele, D.Doue (G.Ramos 73’)

Tkeċċa: J.Neves 86’ (PSG)

Referee: Alireza Faghani (Iran)

Chelsea ħasdu d-dinja tal-Futbol meta saru r-rebbieħa tal-FIFA World Cup hekk kif għelbu ċ-champions tal-Ewropa bl-iskor komdu ta’ 3-0 miksub fl-ewwel taqsima.

Din hija t-tieni FIFA Club World Cup li rebħu Chelsea, wara r-rebħa tagħhom fl-2022, madankollu l-Blues ikunu l-ewwel rebbieħa ta’ dan l-unur prestiġjuż wara l-kambjament drastiku li seħħ fil-format din is-sena.

Chelsea kienu dominanti sa mill-ewwel minuta, b’ċansis kbar għal Cole Palmer u Joao Pedro fl-ewwel għoxrin minuta.

Ikun l-istilla tat-tim Cole Palmer li jiftaħ l-iskor tal-partita minn azzjoni mill-isbaħ tad-difensur laterali Franċiż Malo Gusto li ħarab b’ħarba minn pass twil mid-difiża, bil-Franċiż jipprova jixxutja pero x-xutt jiġi mblukkat minn Beraldo u l-ballun evenwalment jasal għand Palmer f’tarf il-kaxxa, li jixħet bil-kalma kollha fir-rokna t’isfel tax-xellug u jiftaħ l-iskor.

Cole Palmer jiskorja żewġ gowls u jipprovdi assist hekk kif Chelsea jsiru champions tad-Dinja

8 minuti wara, konklużjoni identika għal darb oħra minn Palmer, din id-darba minn suġġeriment tajjeb ta’ Levi Colwill.

Palmer għal darb’oħra fiċ-ċentru tal-attenzjoni meta din id-darba jipprovdi assist filltranti lil Joao Pedro li fit-tieni partita tiegħu ikompli jimpressjona u jqabbeż il-ballun minn fuq Donnarumma għat-tielet gowl fit-43 minuta.

Joao Pedro jqabbeż il-ballun minn fuq Donnarumma għat-tielet gowl

Tkompli l-lejla diżastruża għal Paris Saint-Germain hekk kif il-midfielder żgħażugħ Joao Neves irnexxielu jiġi provokat minn Marc Cucurella, wieħed mill-iżjed plejers provokattivi fid-dinja tal-futbol, u ntwera l-karta ħamra diretta wara li ġibed xagħar id-difensur Spanjol fis-86 minuta.

L-artist Kolombjan J Balvin kien inkarigat mill-Half-time Show tal-partita