Futbol Sport

Franza u Ingilterra jikkwalikfaw minn Grupp D b’rebħiet fuq Olanda u Wales rispettivament

(Ritratt: EPA)

Franza temmew fl-ewwel post ta’ Grupp D meta għelbu lill-Olanda 5-2, b’dan ifisser li l-Olandiżi jtemmu fit-tielet post u jmorru lura d-dar.

Franza jiftħu l-iskor permez ta’ Sandia Toletti, qabel l-Olandiżi jdawru l-iskor totalment hekk kif l-ewwel Victoria Pelova tiskorja, segwita minn autogowl ta’ Bacha.

Fit-tieni taqsima Franza toħroġ fuq l-offenseiva u tiskorja tlett gowls f’sitt minuti. Gowl ta’ Marie-Antoinette Katoto u dopjetta ta’ Delphine Cascarino bil-gowls jaslu fl-64 u fis-67 minuta.

Sakina Karchaoui tikkonferma l-ewwel post fit-92 minuta bil-penalty tagħha.

L-Ingilterra kkwalifikaw għall-fażi li jmiss fit-tieni post meta għelbu lir-rivali Wales bl-iskor ta’ 6-1.

Georgia Stanway tikkonverti l-penalty tagħha fit-13-il minuta. Ella Toone tirdoppja l-iskor fil-21 minuta, qabel Lauren Hemp u Alessia Russo jkomplu jżidu l-iskor b’gowls iktar tard fl-ewwel taqsima.

Fit-tieni taqsima l-Ingliżi komplew iżidu l-iskor permezz ta’ Beth Mead fit-73 minuta, biex Hannah Cain tnaqqas l-iskor għal Wales tlett minuti wara.

Aggie Beever-Jones tagħmel l-iskor 6-1 fid-89 minuta