Lokali

IS-SERQ TAL-KAŻINI: Il-Kabinett jidher komdu bil-poplu jħallas għall-abbużi tal-Partit Laburista

Il-poplu Malti u Għawdxi se jkun qed iħallas iktar minn mitejn elf ewro f’kumpens lis-sidien tal-binja li kienet tintuża bħala każin tal-Partit Laburista f’Tal-Pietà. Dan wara li l-Qorti  sabet li s-sidien kienu diskriminati.

U fil-każ tal-Każin tal-każin Labursita f’Birżebbuga, il-Qorti ordnat li l-Awtorità u l-Istat għandhom iħallsu kważi miljun ewro. Bil-Qorti tgħid li f’dan il-każ, il-Partit Laburista kien konvenut direttament fl-abbuż.

Kien għalhekk illi matul din il-ġimgħa…Net News staqsa lill-membri tal-Kabinett ta’ Robert Abela dwar dawn il-flejjes kbar li se jkollu joħroġ il-poplu  minħabba n-nuqqas tal-Partit Laburista.

B’uħud mill-Ministri jew ma jweġbux, jew ma jkunux jafu x’se jwieġbu jew iwieġbu b’mod partiġjan – minflok jammettu li se jkunu qed jinħarġu flus mit-taxxi tagħna wara snin ta’ abbużi minn naħa tal-Partit Laburista.

Fuq kollox, kien evidenti kif wara snin sħaħ ta’ abbużi…ma deher ebda sens ta’ rimors fost il-membri Parlamentari Laburisti. U ħadd mhu lest li jiskuża ruħu għal dak li sar.