Internazzjonali

Il-pjan ta’ Trump iqajjem kritika fost l-Unjoni Ewropea u l-Messiku

Il-pjan tal-President tal-Istati Uniti Donald Trump li jimponi tariffi ta’ 30% fuq l-importazzjonijiet mill-Unjoni Ewropea u l-Messiku mill-1 ta’ Awwissu li ġej….qajjem kritika qawwija. Bl-UE twissi li se tikkunsidra “kontro-miżuri proporzjonati”, filwaqt li l-Messiku qed iqis din il-mossa bħala “ftehim inġust”.


Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen qalet li Brussell se tipparteċipa fit-taħditiet iżda se taġixxi biex tipproteġi l-interessi Ewropej jekk ikun hemm bżonn. Dan filwaqt li l-President tal-Messiku iddikjarat li is-sovranità tal-pajjiż mhix negozjabbli.

L-amministrazzjoni ta’ Donald Trump ħabbret ukoll tariffi ġodda mmirati lejn il-Ġappun, il-Korea t’Isfel, il-Kanada, u anke il-Brażil.