Lokali

Issa min se jħalsilna l-pensjoni? Kritika fuq l-artiklu tal-One News

Din gidba jew xi ċajta tajba ħafna? Issa min se jħalsilna l-pensjoni?

Dan kien is-sentiment espress minn bosta fil-kummenti ta’ artiklu li ppublika il-One bit-titlu: Ċifri uffiċjali juru li s-sena l-oħra l-popolazzjoni kibret bl-inqas ammont mill-2014. Fejn kien evidenti mill-kummneti li ħadd mhu jemmen din l-istorja.

B’uħud jitolbu biex il-one news jieqfu idhku bin-nies għax kulħadd għajnejh f’wiċċu hekk kif qegħdin f’sitwazzjoni fejn kulħadd jgħaffeġ fuq xulxin. Persuna oħra talbithom biex jieqfu jigdbu hekk kif il-popolazzjoni laħqet ammont enormi. Iżda mhux biss persuna oħra saħansitra kitbet fuq il-portal tal-one gideb biss gideb spiss. Dan filwaqt li persuna oħra kitet Super Gideb One News.

Mill-kumenti ħareġ evidenti wkoll li l-poplu issa huwa mxebba bl-overpopulation kaġun ta’ mudell ekonomiku ibazat fuq il-kwantita mhux fuq il-kwalità. B’kumment minnhom jgħid li d-dawl xorta għadu jinqata, id-drenaġġ xorta għadu jiżbroffa u t-traffiku xorta iġġamjat.  B’kummenti oħra simili jispjega li spiċċajna qisna sardin, u persuna oħra tgħid li din hija aħbar stupida hekk kif żgur li l-ambjent li qed ngħixu fih ma jinħasx aħjar u li qed insofru r-riperkuzzjonijiet tal-overpopulation.

Oħrajn ilmenaw li issa l-kwalità tal-pajjiż spiċċat ħadet daqqa kbira l-isfel, hekk kif din l-aħbar hija l-isbaħ ċajta. U li l-One News għandhom jiqfu jippruvaw ibellaw ir-ross bil-labra.

Dan filwaqt li ma naqsux il-batuti fejn staqsew min se jħallsilna l-pensjoni issa li l-popolazzjoni skont il-One qed tonqos.