Rapporti fil-media Brittannika qed jindikaw li ż-żagħżugħ li miet wara li waqa’ minn lukanda f’San Ġiljan jumejn ilu huwa minn Wales. Fil-fatt, jirriżulta li dan iż-żagħżugħ kien jgħix fil-belt ta’ Gwynedd – bil-każ jiġi deskritt fil-gazzetti Ingliżi bħala “devastanti”.
Apparti minn hekk, membru Parlamentari minn Wales qalet li l-familja qed tesperjenza xokk li diffiċli tiddeskrivih.
Kien Net News li żvela kif dan iż-żagħżugħ kien Malta fuq btala ma’ sħabu, meta għal xi raġuni waqa’ minn gallarija ta’ lukanda fis-sigħat bikrin tal-Ġimgħa filgħodu.
//= $special ?>