Qorti

Raġel arrestat wara abbuż sesswali fuq tfajla t’14-il sena

Raġel ta’ 38 sena mit-Turkija wieġeb mhux ħati li abbuża tfajla ta’ 14-il sena sesswalment. Il-vittma tiġi mit-tfajla tiegħu.

Il-każ seħħ f’nofs din il-ġimgħa f’Ħaż-Żabbar u minn investigazzjoni preliminari li wettqet il-Pulizija, rriżulta li r-raġel kien ġiegħel lit-tfajla tipparteċipa f’atti sesswali miegħu bl-użu tat-teknoloġija.

L-ismijiet tal-persuni involuti mhumiex jixxandru b’ordni mill-Qorti.Filwaqt li d-difiża ma talbitx għall-ħelsien mill-arrest.

Il-Qorti, wissiet lill-akkużat biex waqt li jkun qiegħed il-ħabs, ma jagħmel l-ebda kuntatt mal-vittma jew il-ġenituri tagħha. Jekk jinstab ħati li kiser il-kundizzjonijiet, jista’ jeħel sa sentejn ħabs.

Finalment ħarġet ordni ta’ protezzjoni favur il-vittma u l-ġenituri tagħha.

Il-Qorti kienet ippreseduta mill-Maġistrat Lara Lanfranco.