Qorti

Raġel jinżamm arrestat wara li ta daqqa ta’ ponn lil persuna f’għassa tal-pulizija

Raġel ta’ 29 sena ġie akkużat li ta’ daqqa ta’ ponn lil persuna u kkawżalu ġrieħi serji waqt argument fl-Għassa tal-Pulizija, li kiser il-paċi pubblika u l-kundizzjonijiet tal-bail.

Skont il-prosekuzzjoni, il-każ inqabad ukoll fuq kameras tas-sigurtà. 

L-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih. 

Peress li l-allegat vittma iffirma “wavier” fl-għassa tal-Pulizija ta’ Birkirkara, id-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest.

Minkejja dan, il-prosekuzzjoni qalet li l-imputat diġà kiser erba’ kundizzjonijiet oħra ta’ ħelsien mill-arrest. Il-prosekuzzjoni enfasizzat il-gravità ta’ dan l-inċident minħabba li seħħ f’għassa tal-pulizija. Kien għalhekk li ddeċidiet li toġġezzjona.

Il-Qorti ippreseduta mill-Maġistrat Noel Bartolo ċaħdet it-talba għall-ħelsein arrest.