Ix-xhur għaddew, u saru snin. Għal data kellna tnejn, u l-Isptar tal-Annimali fTa’ Qali baqa’ magħluq – tant li f’Awwissu se jkun ilu magħluq sentejn.
L-Isptar tal-Annimali ingħalaq f’Awwissu tal-2023, u l-Gvern kien wiegħed li dan l-isptar kellu jerġa’ jiftaħ f’Ottubru li għadda, imma issa għaddiet kważi sena oħra u għadu bil-bibien magħluqa.
Dewmien ta’ 23 xahar, fejn fih l-annimali baqgħu mingħar servizz ta’ Sptar li joppra 24 siegħa kuljum, li fi kliem is-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said huwa proċess li għaddej b’rittmu tajjeb.
Ta’ minn jispjega wkoll li s-servizz li ftaħru biħħ ħafna dan l-aħħar.. dak ta’ servizz ta’ emerġenza fejn wieħed jista’ jċempel wara l-ħin normali tax-xogħol huwa wieħed li sar wara li diversi persuni u attivisti ilmentaw li pajjiżna baqa bla Sptar tal-Annimali. Mhux hekk iżda dan is-servizz se jkun offrut fuq bażi ta’ rotazzjoni fi tliet reġjuni f’Gawdex, fit-Tramuntana u fin-Nofsinhar.
Net News staqsa għalhekk jekk il-Gvern għandux data meta se jkun qed jiftaħ dan l-Isptar bis-Segretarja Parlamentari taħrab milli twieġeb.
Intant, Bugeja Said qaltilna wkoll li meta dan l-Isptar jinfetaħ ħa jkun qed iservi wkoll bħal skola… xi ħaġa li suppost kellha issir matul din is-sena skolastika … imma dan il-kors tal-veterinarji beda jsir fl-MCAST.
//= $special ?>