Sport Sport Ieħor

Tim Merlier fl-ewwel post fid-disa’ stadju tat-Tour de France

(Ritratt: EPA)

Id-disa’ stadju tal-112 edizzjoni tat-Tour de France kien fuq distanza ta’ 174.1 kilometru bejn Chinon u Chateu Roux. Suċċess għal Tim Merlier tal-Belġju għal Soudal Quick Step li bi sprint fuq il-grupp tal-ewwel għaxra u aktar temm id-distanza fi tlett sigħat 28 minuta u 52 sekonda. Fit-tieni post daħal Jonathan Milan tal-Italja għal Lidl Trek filwaqt li fit-tielet post daħal Arnaud De Lie tal-Belġju għal Lotto.

Fil-klassifika ġenerali fl-ewwel post saħħaħ postu is-Sloven Tadej Pogacar għal UAE Team Emirates b’total wara disa’ provi ta’ 33 siegħa 17 il-minuta 22 sekonda. Vantaġġ distakk ta’54 sekonda fuq il-Belġjan Remco Evenepoel ta’ Soudal Quick Step.

Fit-tielet post jinsab Kevin Vauquelin ta’ Franza għal Arkea B & B Hotels b’distakk ta’ 1 minuta 11 il-sekonda u fir-raba’ post b’distakk ta’ 1 minuta 17 il-sekonda tela’ Jonas Vingegaard tad-Danimarka għal Team Visma Lease a Bike.

Qabel ma nhar it-Tlieta tkun l-ewwel ġurnata ta’ mistrieħ l-għaxar stadju huwa fuq medda ta’ 165.3 kilometri minn Ennezat sa Le Mont Dore Puy de Sancy.