Lokali

Tintemm b’suċċess l-isfida ALIVE 2025

Iċ-ċiklisti tal-Alive 2025 irritornaw Malta lbieraħ filgħaxija wara li temmew b’suċċess l-isfida tagħhom.

Huma kienu ilhom fuq ir-roti għal sitt ijiem, mill-Ġermanja sal-Awstrija – rotta ta’ 1,100km.

It-tim kien qed jiġbor fondi għar-riċerka fl-Università ta’ Malta dwar il-marda tal-kanċer.

B’kollox, it-tim tal-Alive kien magħmul minn 30 ċiklist. Huma għamlu rotta li ħadithom f’20 belt, u f’kundizzjonijiet li varjaw minn riħ qawwi u xita, għal tlajja diffiċli immens.

L-isfida tal-Alive għal din is-sena kienet sinifikanti hekk kif il-Fondazzjoni riesqa dejjem aktar lejn iċ-ċifra ta’ miljun ewro li inġabru għar-riċerka kontra l-kanċer.

L-Alive Foundation kienet twaqqfet fl-2013.