Lokali

Tislima lil raġel li kien dejjem jgħin lil persuni fil-bżonn

Minn maratoni, għal għawm b’risq kawżi ta’ karità. Dejjem determinat.

Dan kien Noel Cacciottolo, ir-raġel li miet fl-aħħar sigħat fl-età ta’ 60 sena.

Fis-sena 2020, lil Noel kellhom jaqtgħulu saqajh – iżda hu, baqa’ ikun ta’ ispirazzjoni għal bosta.

Noel Cacciottolo kien anke jgħin lil Puttinu Cares, inkluż waqt il-mixja li ssir kull sena. Kont tarah jagħmel din l-isfida bil wheelchair, u qatt ma qata’ qalbu.

“You have to make it till the end”, kien stqarr ma’ Net News f’intervista li tana fis-sena 2023.