In-numru wieħed fid-dinja tat-Tennis, Jannik Sinner illejla kiteb l-istorja tal-Grand Slam tal-Open f’Wimbledon, meta rebaħ bl-aktar mod sensazzjonali l-finali ta’ dan it-turnament kontra l-avversarju numru wieħed tiegħu fil-mument, Carlos Alcaraz.
Sinner rebaħ dan it-turnament għall-ewwel darba fil-karriera tiegħu u sar l-ewwel Taljan li qatt rebaħ l-Open ta’ Wimbledon.

35 jum biss wara li Sinner tilef il-finali kontra Alcaraz fl-Open ta’ Franza, fil-partita tal-lum, it-tennist ta’ 23 sena kien eċċezzjonali u wera determinazzjoni u reżiljenza kbira biex għeleb l-isfida xejn faċli tal-Ispanjol, 4-6, 6-4, 6-4, 6-4.
Sinner b’hekk ċaħħad lil Alcaraz mir-rebħ tat-tielet suċċess konsekuttiv fl-Open ta’ Wimbledon, hekk kif issa t-Taljan għandu tlieta mill-erba’ titli tal-Grand Slam tal-karriera, u s-sena d-dieħla se jkun qed jagħmel ħiltu kollha biex jirnexxilu jikseb ir-rebħ tal-aħħar Grand Slam li għadu nieqes mil-lista ta’ unuri mirbuħa minhu, ir-Roland-Garros.
//= $special ?>