Qorti

Żagħżugħ arrestat wara li ffilmja minorenni f’toilet

Ġermaniż ta’ 18-il sena, Niklas Becker, inżamm arrestat wara li ġibed filmati ta’ tifla ta’ tnax-il sena waqt li kienet f’toilet ta’ lukanda f’San Ġiljan.

Fil-Qorti nstema’ kif it-tifla, waqt li kienet fit-toilets, innotat persuna li kien qed jiġbdilha filmat bil-mobile.

Minnufih hija marret tgħid lil missierha u s-securities. Is-securities imbagħada żammew lil akkużat sakemm il-pulizija waslu fil-post u arrestawh.

Fil-Qorti l-imputat wieġeb mhux ħati. Intant, id-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest tiegħu. Minħabba li l-imputat kellu l-ħsieb li jitlaq minn Malta u m’għandux rabtiet ma’ pajjiżna, il-prosekuzzjoni oġġezzjonat.

Wara li semgħet iż-żewġ naħat, Il-Qorti, ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest minħabba n-natura tar-reati, il-biża’ ta’ ntralċ ta’ provi u l-fatt li xhieda oħra pajżana u l-allegata vittma għad iridu jixhdu.

Il-Qorti kienet ippreseduta mill-Maġistrat Noel Bartolo.