Il-Fondazzjoni għall-Istudji Teoloġiċi tal-Arċidjoċesi ta’ Malta qed toffri għaxar boroż ta’ studju għal min jixtieq ikompli l-istudji tiegħu f’suġġetti bħall-etika professjonali, teoloġija u korsijiet f’oqsma pastorali offruti mill-Fakultà tat-Teoloġija.
Il-boroż ta’ studju se jitqassmu skont tliet il-kriterji: boroż ta’ €800 għal min japplika għad-Diploma fl-Istudji Reliġjużi jew fl-Apprezzament tal-Patrimonju Ekkleżjastiku; boroż ta’ €1,200 għal min japplika għad-Diploma Post Graduate fil-Psikoloġija Pastorali; u boroż ta’ €2,000 għal min japplika għall-Baċellerat fl-Arti (bl-Unuri) fit-Teoloġija jew għall-Master fil-Bioetika, fl-Etika Ambjentali jew fit-Teoloġija.
Il-korsijiet huma fuq bażi part-time u jsiru filgħaxija. L-applikazzjonijiet għall-boroż ta’ studju jagħlqu fis-6 ta’ Ottubru 2025.
Aktar dettalji dwar din l-iskema u l-korsijiet oħra se toffri l-Fakultà tat-Teoloġija minn Ottubru li ġej jinkisbu minn: um.edu.mt/theology/courses. Għal aktar informazzjoni ċempel fuq 23402767 jew ikteb lil theology@um.edu.mt
//= $special ?>