Hemm 807 pazjent li ilhom jistennew intervent għall-colonscopy u ilhom jistennew aktar miż-żmien stipulat fiċ-Charter tal-Pazjent.
Dan irriżulta minn tweġiba li ta l-Ministru tas-Saħħa għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Jerome Caruana Ciliaia li staqsa lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva jgħid kemm hemm individwi fuq il-lista ta’ stennija għall-operazzjoni relatata ma’ kirurġija ġenerali sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba l-mistoqsija parlamentari.
Il-Ministru jo Etiene bela wieġeb li l-Gvern ivvota €14-il miljun biex jindirizza l-waiting lista permezz ta’ programm ta’ outsourcing ħalli l-pazjenti jinqdew fl-iqsar żmien possibbli.
Spjega wkoll li ż-żmien ta’ stennija jiddependi mill-urġenza tal-każ. Apparti minn hekk, ikun hemm diversi raġunijiet mediċi għala jkun hemm dan id-dewmien. Qal ukll li kull operazzjoni urġenti u l-pazjent ikun f’kundizzjoni medika li tista’ ssirlu l-operazzjoni, din issirlu fl-iqsar żmien possibbli.
Jirriżulta wkoll li bejn Jannar u April ta’ din is-sena, saru 1,374 operazzjoni tal-colonscopy.
//= $special ?>