Lokali

“Dejjem hemm tama, u hemm għajnuna disponibbli” – MGRM

Fost il-mijiet ta’ kummenti li nkitbu fuq il-midja soċjali wara l-mewt ta’ Jan Pace, spikka dak li tħalla mill-organizzazzjoni MGRM li tirrappreżenta l-komunità gay f’pajjiżna.

F’dan il-messaġġ, l-MGRM qalu li jinsabu b’qalbhom maqsuma wara din l-aħbar devastanti u traġika tal-mewt ta’ Jan Pace, li ħasdet lill-gżira kollha.

“It-telfa tiegħu hija tfakkira oħra fuq il-ġlieda siekta li ħafna nies iġorru, u fuq l-importanza li nħarsu u nappoġġjaw lil xulxin, u nagħtu prijorità lis-saħħa mentali tagħna. Ħadd qatt m’għandu jħossu waħdu”.

L-MGRM qalu illi hekk kif se jkomplu jiftakru l-ħajja ta’ Jan u l-impatt li ħalla fuq sħabu bil-ġentilezza, u l-imħabba tiegħu, “nixtiequ nħeġġu lil kull min qed jgħaddi minn żmien diffiċli, jew jaf lil xi ħadd li jinsab f’diffikultà, biex ifittex l-għajnuna. Dejjem hemm tama, u hemm għajnuna disponibbli”.