L-aħbar li Jan Pace instab bla ħajja f’residenza f’Tal-Pietà ħalliet marka fuq bosta. Ma naqsux messaġġi minn persuni li kienu jafuh mill-qrib. U fuq kollox, ma naqsux l-appelli biex min ikun għaddej minn diffikultà… ifittex l-għajnuna.
Jan Pace kien ħa sehem fil-programm l-Isfida fuq Net TV. U kien għamel xi żmien fix-xena mużikali fejn ħareġ kanzunetti bħal ‘My World’ u ‘On the Dancefloor’.
Claudette Butiggieg u Angie Laus kienu fost dawk li ħadmu miegħu, u sellmulu. Kif għamlu wkoll diversi personalitajiet oħra li sellmu l-memorja tiegħu.
Jan Pace kien jaħdem f’ħanut tax-xagħar li fetaħ missieru stess.
Hu kien ilu nieqes minn nhar l-Erbgħa li għadda. U saret sejħa fuq livell nazzjonali biex hu jinstab.
Intant, wara li ħarġet l-aħbar tal-mewt tiegħu, l-organizzazzjoni Crisis Resolution Malta fissret kif Jan għaqqad lil kulħadd – iżda issa jmiss li bħala pajjiż nagħmlu xi ħaġa. B’esperi jinsistu li jeħtieġ aktar għarfien dwar is-servizzi diġà eżistenti; għaliex min ikollu diffikultà, żgur se jsib fejn jirrikorri.
//= $special ?>