Sport

Konfermata r-reputazzjoni ta’ Artie III bħala wieħed mit-timijiet ewlenin ta’ Malta fit-tlielaq offshore

Artie III kisbet ritorn pożittiv fil-5 edizzjoni  tal-AEGEAN 600 li ġiet organizzata mill-Hellenic Offshore Racing Club, b’kollaborazzjoni mal-Olympic Marine u r-Reġjun ta’ Attica.

It-tim immexxi minn Lee Satariano u Christian Ripard, ikkonfermaw ir-reputazzjoni ta’ Artie III bħala wieħed mit-timijiet ewlenin ta’ Malta fit-tlielaq offshore.

Din is-sena, l-Aegean 600 kienet aktar ta’ sfida b’riħ li varja minn 50 mil nawtiku fis-siegħa sa kundizzjonijiet ta’ kważi bla riħ. Dan fixklu b’mod sinifikanti l-progress tal-flotta. Is-sħana qawwija kienet ta’ sfida oħra li ma tat l-ebda mistrieħ lit-tim.

Artie III bdew minn Cape Sounion, u żammew pożizzjonijiet fuq quddiem matul il-korsa ta’ 600 mil nawtiku. Fir-rotta lejn Rodi u tul il-kosta Torka, ir-riħ batta u naqqss il-pass tagħhom.  Filwaqt li l-passaġġ f’Rodi kien aktar faċli. Il-parti lejn Mykonos kienet diffiċli, fejn it-tim kellu jaffaċċja riħ sa 50 mil nawtiku fis-siegħa li naqas għal madwar 30 mil-nawtiku fi-siegħa kif għaddew minn dawn il-gżejjer.

Artie III temm f’4 ijiem, 8 sigħat, 56 minuta u 12-il sekonda, u ħin korrett ta’ 5 ijiem, 9 sigħat, 42 minuta u 6 sekondi.

Artie III temm fl-10 post overall fil-Klassi IRC, fir-4 post fil-Klassi IRC Two, u t-tielet post fil-Klassi ORC 1.

Huwa wkoll estenda kliem ta’ tifħir lejn it-tim ta’ Gozo Dream li temmew b’suċċess din it-tellieqa diffiċli fl-ewwel parteċipazzjoni tagħhom.

It-tim ta’ Artie III għal din l-edizzjoni kien jinkludi lil Lee Satariano u Christian Ripard, flimkien ma’ Mathieu Almekinders, Simon De Gent, Koen de Smedt, Nicky Fenech, E.J. Van Housselt, Sam Pizzuto, u Jake Satariano.