Is-suq Ingliż baqa’ l-aktar suq popolari f’dak li għandu x’jaqsam ma’ turiżmu għax-xahar ta’ Mejju. Dan kien konfermat mill-aħħar cifri tal-NSO.
L-akbar għadd taʼ turisti kellhom bejn il-25 u l-44 sena – warajhom kien hemm dawk fl-età taʼ bejn il-45 u l-64 sena.
Residenti mir-Renju Unit, l-Italja, u Franza kienu jammontaw għal 44.7 fil-mija tat-turisti kollha li waslu Malta matul Mejju.
Intant, l-istatistika qed turi li fl-ewwel ħames xhur tas-sena, waslu Malta ‘l fuq minn 1,400,000 turist.
//= $special ?>