Id-Dar tal-Providenza bi preparazzjoni għall-Maratona tal-Volleyball b’risq id-Dar, li din is-sena se ssir bejn it-18 u l-20 ta’ Lulju 2025, organizzat logħba volleyball li fiha ħadu sehem membri parlamentari taż-żewġ naħat tal-Kamra tad-Deputati.
Din il-logħba saret nhar is-Sibt 12 ta’ Lulju, fil-Mediterranean College of Sports, fi ħdan il-kumpless Sportiv ta’ San Alwiġi, Birkirkara.
Il-membri parlamentari li attendew kienu; Carmelo Abela, David Agius, Mark Anthony Sammut, Reminda Baldacchino Zarb, Eve Borg Bonello, Alicia Bugeja Said, Ryan Callus, Darren Carabott, Ivan Castillo, Katya De Giovanni u Jerome Caruana Cilia.
Fi tmiem il-logħba, il-membri parlamentari flimkien taw donazzjoni lil Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza filwaqt li ħeġġew lill-pubbliku biex jattendu u jgħinu lid-Dar waqt il-Maratona tal-Volleyball li ser tinżamm fil-carpark tad-Dar tal-Providenza, is-Siġġiewi.
//= $special ?>