Lokali

Missier iż-żagħżugħ minn Wales li miet f’pajjiżna jgħid li qed jistenna aktar informazzjoni mill-Pulizija

Identifikat bħala Kieran Thomas Hughes, iż-żagħżugħ li miet f’San Ġiljan kmieni l-Ġimgħa filgħodu wara li waqa’ minn gallarija ta’ lukanda.

Il-mijia Ingliża qed tirrapporta li missier iż-żagħżugħ minn Wales li miet f’pajjiżna qed jgħid li għadu qed jistenna aktar informazzjoni mill-Pulizija Maltija. Alan Hughes sostna li kien grat ħafna lejn il-messaġġi li waslulu, iżda appella biex tiġi rispettata l-privatezza tal-familja.

Dan iż-żagħżugħ kien jgħix fil-belt ta’ Gwynedd – bil-każ jiġi deskritt fil-gazzetti Ingliżi bħala “devastanti”.

Apparti minn hekk, membru Parlamentari minn Wales qalet li l-familja qed tesperjenza xokk li diffiċli tiddeskrivih.

Kien Net News li żvela kif dan iż-żagħżugħ kien Malta fuq btala ma’ sħabu, meta għal xi raġuni waqa’ minn gallarija ta’ lukanda fis-sigħat bikrin tal-Ġimgħa filgħodu.