L-ispiża tal-uffiċċju tal-Prim Ministru fil-Public Expo Village 2025 2025 li saret f’Ta’ Qali mill-21 sal-25 ta’ Mejju 2026 kienet ta’ €180,966. Il-park prinċipali u l-hub tas-Servizz Pubbliku ġew jiswew €320,003. L-istamperija tal-Gvern u d-Dipartiment tal-Informazzjoni kellhom stand għalihom li ġiet tiswa €65,220.
Din l-attività kopriet il-parteċipazzjoni ta’ 13-il entità li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Prim Ministru.
Dan ikkonfermah il-Prim Ministru stess fi tweġiba li ta fil-Parlament għal mistoqsija li għamlet lil kull ministeru d-Deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg.
Id-deputat Nazzjonalista staqsiet dwar jekk l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u/jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, ħadux sehem fil-Public Expo Village 2025 li saret f’Ta’ Qali mill-21 sal-25 ta’ Mejju 2025? Jekk iva, staqsiet Claudette Buttigieg, liema dipartimenti ħadu sehem, x’kien id-daqs tal-istand/stands tagħhom u kemm kienet in-nefqa ta’ kull dipartiment, kif ukoll in-nefqa totali tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru fuq din l-Expo.
Il-Prim Ministru wieġeb li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru jinkludu fih is-Segretarju Parlamenti għad-Djalogu Soċjali u s-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi, u ħa sehem fil-Public Expo Village 2025 li saret f’Ta’ Qali.
L-edizzjoni ta’ din is-sena, qal il-Prim Ministru, kienet suċċess fejn żaruha 76,264 persuna li jinkludu madwar 12,000 student. L-EXPO sservi ta’ vetrina tas-servizzi governattivi li jingħataw u mezz biex ikun attirat l-aqwa talent lejn l-amministrazzjoni pubblika.
Rappreżentanti minn kull entità kienu preżenti biex jilqgħu u jassistu għall-bżonnijiet tal-pubbliku. Barra minn hekk, P&SD u l-IPS laqgħu studenti li jixtiequ japplikaw u jipparteċipaw f’numru ta’ skemi tal-istudenti għal xogħlijiet tas-sajf.
Waqt l-edizzjoni ta’ din is-sena tħabbru 19-il inizjattiva.
//= $special ?>