Futbol Sport

“Nemmnu li nistgħu ndawru r-riżultat” – Joseph Mbong, plejer ta’ Ħamrun Spartans

(Ritratt: Joseph Galea)

Fil-konferenza tal-aħbarijiet li seħħet illum, ġurnata qabel it-tieni leg tal-ewwel fażi tal-kwalifikazzjoni għall-UEFA Champions League bejn Ħamrun Spartans u Zaligirs, il-plejer Internazzjonali Malti, Joseph Mbong tkellem fuq kif it-tim Ħamruniż huwa kapaċi jdawar ir-riżultat miksub fl-ewwel partita fl-ewwel leg kontra Zalgiris fil-Litwanja,dik ta’ telfa ta’ 2-0. Id-difensur/midfielder laterali ta’ Ħamrun tkellem fuq kif it-tim Ħamruniż huwa mimli plejers li kellhom dawn it-tip ta’ esperjenzi fil-karriera tagħhom, u kif se jkunu ta’ għajnuna biex jipprovaw jegħlbu dan l-ostaklu.

Joseph Mbong (Ritratt: Joseph Galea)

Għada fis-7pm, fis-Centenary Stadium iċ-champions Ħamrun Spartans jippruvaw jikkanċellaw iż-żewġ goals li sofrew il-ġimgħa l-oħra fil-Litwanja kontra Zalgiris.

Minkejja l-prestazzjoni ferm tajba tal-Ispartans il-ġimgħa l-oħra f’Vilnius, Ħamrun sofrew żewġ goals fit-tieni taqsima għal riċultat verament kiefer magħhom.

Xena mill-ewwel leg bejn Ħamrun Spartans u Zaligiris fil-Litwanja (Ritratt: Joseph Galea)

Ħamrun kellhom prestazzjoni ferm pożittiva iżda naqqsu milli jisfruttaw xi wħud mill-ħafna opportunitajiet ta’ skor li kellhom.

Dan esprimieħ ukoll il-kowċ ta’ Ħamrun Giacomo Modica fil-konferenza tal-aħbarijiet lejliet il-logħba.
Modica qal li Ħamrun iridu jkunu iktar attenti u jisfruttaw iċ-ċansijiet li jikkrejaw jekk iridu li jdawru r-riżultat.

Giacomo Modica (Ritratt: Joseph Galea)

Min jgħaddi bejn Ħamrun u Zalgiris jilgħab kontra Dynamo Kiev fit-tieni round.