Sewwieq ta’ mutur weġġa’ gravi wara ħabta bejn vann u mutur.
Kienu għall-ħabta tal-11 ta’ filgħodu meta seħħet ħabta fi Triq Melqart f’Marsaxlokk, bejn mutur Kymco misjuq minn Franċiż ta’ 35 sena, u vann misjuq minn raġel ta’ 30 sena residenti Ħaż Zabbar.
Fil-post isejjħu tim mediku u ambulanza mill-Isptar Mater Dei li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar għal aktar kura, fejn aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha b’rabta ma’ dan il-każ.
//= $special ?>