Ambjent Lokali

“Żbroff ta’ ilma maħmuġ” – bajja oħra ddikjarata mhux tajba għall-għawm

Id-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, informa lill-pubbliku li, bħala prekawzjoni, l-għawm f’bajja li tinsab f’San Ġiljan, mhux rakkomandat minħabba żbroff ta’ ilma maħmuġ li ġej minn taħt il-blat. Dan jista’ jaffettwa l-kwalità tal-ilma għall-għawm u jippreżenta riskju għas-saħħa tal-għawwiema.

L-Uffiċjali tas-Saħħa Ambjentali (EHOs) qal fi stqarrija, li bħalissa qed jinvestigaw biex jiddeterminaw is-sors tal-kontaminazzjoni.

F’dan l-istadju, it-tul tal-kontaminazzjoni ma jistax jiġi previst.