Lokali

Għall-familja ta’ Kieran, din kienet “ħolma kerha”

Wara li ż-żagħżugħ li miet f’San Ġiljan ġie identifikat bħala Kieran Thomas Hughes, il-familja tiegħu qalet li din l-aħbar kienet “ħolma kerha”.

Missieru, Alan Hughes, qal li “kien iben u ħu speċjali”, u li ma setax jemmen is-sitwazzjoni. Żied li l-familja tixtieq li Kieran jiġi mfakkar bħala ħelu, maħbub u mimli ħajja.

Kieran kien jgħix f’Nant Gwynant, f’Wales, u jaħdem bħala inġinier tas-softwer fil-M-Sparc Science Park, f’Anglesey. Huwa kien ukoll jistudja dan is-suġġett fl-Università ta’ Bangor.

Intant, ġie rrappurtat li l-prijorità tal-familja hi li flimkien mal-awtoritajiet f’Malta, jerġgħu jġibu lil Kieran lura Wales.

Dan hekk kif il-Pulizija ta’ North Wales qalu li qegħdin jgħinu lill-familja u jikkooperaw mal-uffiċċju tal-affarijiet barranin rigward il-każ.