Lokali

Il-Caritas joffru servizzi bla ħlas għal persuni fil-bżonn

Il-problemi tas-saħħa mentali huma mifruxa. U hemm min tant iħossu li niżel fil-baxx, li jispiċċa jirrikorri għad-drogi. Iżda għajnuna hemm. U min ifittex, se jsib appoġġ qawwi.

Dwar dan tkellem id-Direttur ta’ Caritas Malta, Anthony Gatt, illi ikkummenta ma’ Net News fl-isfond tad-diversi posts li gew ippubblikati online wara l-mewta traġika ta’ Jan Pace. Bil-Caritas tinsisti li jeżisti appoġġ veru għal min tassew jeħtieġ għajnuna.

Caritas Malta hija istituzzjoni li toffri firxa wiesgħa ta’ servizzi – mhux biss għal dawk li għandhom il-vizzju tad-droga, imma wkoll servizzi fejn tidħol is-saħħa mentali.

Bid-Direttur tal-Caritas jispjega kemm huwa komuni li l-irġiel isibuha ferm aktar diffiċli sabiex jieħdu dan il-pass u jfittxu l-għajnuna.

Anthony Gatt kellimna dwar uħud mis-servizzi li toffri l-Caritas.

Anthony Gatt insista illi li wieħed jitlob l-għajnuna mhijiex sinjal ta’ dgħjufija iżda hija espressjoni ta’ kuraġġ. U l-Caritas toħloq triq ġdida għall-individwu hekk kif din hija ġlieda favur il-ħajja b’dinjità, sens u tama.

Bl-aħħar messaġġ ta’ Anthony Gatt ikun dwar l-importanza li wieħed jieħu l-ewwel pass u ma jħossu qatt waħdu.

U jekk int individwu li għaddej minn żmien diffiċli tiddejjaqx issejjaħ għall-għajnuna – għaliex il-Caritas fost entiatjiet varji li jinstabu bil-bieb miftuħ sabiex jagħtuk l-ewwel għajnuna.