Lokali

Iljieli Sajfin f’Marsalforn u ż-Żebbuġ Għawdex

Ninstabu propju fl-eqqel tas-Sajf, intant il-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ għal sena oħra ħaseb sabiex matul is-sajf itella’ diversi attivitajiet għall-familja kollha.

Kull nhar ta’ Ħamis mit-8’il quddiem f’Marsalforn qed jittelgħu ljieli mill-isbaħ għall-familja kollha bl-isem Marsalforn Funland. Wieħed għandu jistenna divertiment għall-familja kollha fejn kbar u żgħar ikollhom ċans jirrilassaw u jieħdu pjaċir flimkien.

Kull nhar ta’ Ġimgħa wkoll mit-8’il quddiem fiż-Żebbuġ għall-ewwel darba qed jittelgħu Iljieli Żebbuġin li kull ġimgħa jalternaw ruħhom bejn Pjazza l-Assunta u fit-triq Mons Ġużeppi. Wieħed għandu jistenna mużika live minn diversi kantanti rinomati.

Dawn l-attivitajiet huma bla ħlas.