Atletika Sport

Imut l-ixjaħ atleta li qatt lesta maratona

Fauja Singh, meta kien diġa' kellu 100 sena, jagħmel il-warm-up qabel il-bidu ta' maratona fl-Indja, fl-2012.
Fauja Singh, meta kien diġa' kellu 100 sena, jagħmel il-warm-up qabel il-bidu ta' maratona fl-Indja, fl-2012.

Dak li x’aktarx hu l-ixjaħ atleta fid-dinja li kkompeta f’numru ta’ maratoni, billi kien jibdihom u jispiċċhom sal-aħħar, miet fl-etá ta’ 114-il sena. Il-Britanniku, Fauja Singh tilef ħajtu traġikament meta kien qed jipprova jaqsam it-triq fir-raħal fejn twieled, Beas Pind, fl-Indja.

Singh intlaqat minn karozza u sofra ġrieħi gravi li spiċċaw kienu fatali, bl-aħbar tal-mewt tiegħu kienet ikkonfermata mill-klabb tal-atletika u l-karitá, u li kien għadu jifforma parti minnu, Sikhs In The City.

Dan il-klabb hu bbażat f’Londra, u Singh kien beda jtellaq fil-maratoni meta kien diġà kiber fl-etá. Fl-1992, Singh kien mar jgħix f’Ilford, belt li tinsab fil-Lvant ta’ Londra u minn dakinhar ‘il quddiem, ix-xwejjaħ kien seraq l-attenzjoni kollha għaliex beda jitħarreġ ta’ atleta. Il-personalitá ta’ Singh fl-isport kienet saret meqjusa bħala ta’ eżempju mill-aqwa għall-anzjanitá attiva, speċjalment meta kien kompla jiġri l-maratoni wara li kien għalaq il-mitt sena.

L-ewwel tellieqa uffiċjali ta’ Singh kienet fl-2000, meta ħa sehem f’maratona f’Londra u kien temm id-distanza b’ħin li kien 58 minuta aktar veloċi minn atletá tal-istess etá tiegħu.

Fl-2003, f’maratona li kienet saret f’Toronto, Singh kien waqqaf l-aħjar ħin tiegħu f’maratona, meta kien temm id-distanza f’ħames sigħat u 40 minuta. Tmien snin wara, hu maħsub li Singh kien sar l-ewwel ċentinarju, iġifieri atleta li kellu mitt sena jew aktar, li kien tellaq f’maratona.

Wara li fl-Olimpjadi ta’ Londra, fl-2012 hu kien serva ta’ torchbearer, Singh kien irtira minn atleta li jikkompeti f’maratoni, fl-etá ta’ 101 sena.