Aidan Buttigieg temm l-ewwel fl-Elite f’ħin rekord ta’ 2 minuti :13.49 sekondi qabel Jacob Schembri u John Camilleri, it-tnejn ta’ Bike It Up Racing. Diana Muscat ta’ Team Greens rebħet il-kategorija tan-Nisa fi 3 minuti u 19.65 sekondi qabel Michelle Vella Wood wkoll ta’ Team Greens u Lindsey Pirotta ta’ D Sports Lab.
Fil-Masters 40+ dominju minn ċiklisti tat-Team Greens Joaquin Rojas, Arek Kawalec u Gesred Borg filwaqt li David Cushing ta’ Bike It Up Racing rebaħ il-Kategorija Masters 50+
Ryan Gatt ta’ The Cyclist by Agones rebaħ il-Kategorija Juniors, Ethan Grech ta’ Mosta CC dik ta’ Taħt 16-il sena, u Rihanna Hassan ta’ Team Greens Taħt 16-il sena nisa.
Neil Cassar ta’ Shamrock Stars u Katie Anne Vella Wood ta’ Team Greens rebħu l-kategoriji Taħt l-14-il sena filwaqt li Kruiven Farrugia u Zaliya Dimech, it-tnejn ta’ Shamrock Stars, rebħu l-kategoriji Taħt it-12-il sena.

