L-awtoritajiet ikkonfermaw li hard drive bil-mużika li għadha ma ħarġitx uffiċjalment ta’ Beyoncé kienet fost diversi affarijiet li nsterqu mill-karozza tat-tim tagħha, ftit jiem qabel il-kunċerti tagħha tal-Cowboy Carter Tour, f’Atlanta.
Skont rapport tal-Pulizija, fost l-affarijiet misruqa kien hemm hard drives li fihom kienu miżmuma kanzunetti li għadhom ma ħarġux, pjanijiet u listi ta’ diski li għadhom se jindaqqu waqt it-tour.
Is-serq seħħ fit-8 ta’ Lulju, jumejn qabel l-ewwel kunċert tagħha f’Atlanta.
Intant, il-Pulizija ta’ Atlanta qalet li ħarġet mandat ta’ arrest, iżda l-isem tas-suspettat għadu ma ġiex żvelat.
//= $special ?>