Sport

L-għaxar stadju tat-Tour de France

Il-112-il Edizzjoni tat-Tour de France, kompliet bl-għaxar stadju fuq  medda ta’ 165.3 kilometri minn Ennezat sa Le Mont Dore Puy de Sancy.

Suċċess għal Britanniku Simon Yates għal Team Visma Lease a Bike li temm f’4 sigħat, 20 minuta u 14 il-sekonda li kien distakk vantaġġ ta’ disa’ sekondi fuq Thyman Arensman tal-Olanda għal Ineos Granadiers.

Fit-tielet post temm l-Irlandiż Ben Healy għal EF Education Easy Post b’distakk ta’ 31 sekonda,

B’dan ir-riżultat Ben Healy tela’ fl-ewwel post fil-klassifika ġenerali b’total ta’ 37 siegħa, 41 minuta u 49 sekonda b’vantaġġ ta’ 29 sekonda fuq is-Sloven Tadej Pogacar għal UAE Team Emirates u minuta u 29 sekonda fuq il-Belġjan Remco Evenepoel għal Soudal Quickstep.

Il-11-il prova se tkun f’Toulouse fuq distanza ta’ 156.8 kilometri.