Internazzjonali

L-UE: Is-Slovakkja qed iżżomm lura l-aħħar pakkett ta’ sanzjonijiet għar-Russja

L-Unjoni Ewropea konkludiet il-laqgħa, fi Brussell, għall-Ministri tal-Affarijiet Barranin u mingħajr ma rnexxielha tapprova pakkett ieħor ta’ sanzjonijiet kontra r-Russja….Pakkett ta’ sanzjonijiet li kellu jkun it-18-il wieħed kontra l-pajjiż immexxi minn Vladimir Putin mindu l-qawwiet tal-Kremlin invadew lill-Ukrajna fi Frar tal-2022.

Din id-darba, is-Slovakkja — fuq l-inizjattiva tal-Prim Ministru Robert Fico — qed tostakola l-approvazzjoni tal-pakkett….Dan sakemm il-Gvern fi Bratislava ikun jista’ iserraħ rasu dwar proposta separata (fuq livell Ewropew) relatata mat-tmiem eventwali tal-importazzjonijiet tal-gass mir-Russja sal-Ewwel ta’ Jannar tal-2028.

Il-Kummissarju responsabbli mill-Affarijiet Barranin tal-UE, Kaja Kallas, esprimiet dispjaċir profond għall-fatt li ma għaddiex l-aħħar pakkett tas-sanzjonijiet….Madankollu, hi esprimiet xorta t-tamiet li l-pakkett jista’ jgħaddi proprju għada, l-Erbgħa, u meta ‘il-ballun, għalissa, jinsab f’saqajn Fico u l-Gvern tiegħu’.

T