Numru ta’ konservattivi mal-moviment MAGA “Make America Great Again” ta’ Donald Trump irreaġew b’rabja għall-pjani tal-President Amerikan biex ibiegħ l-armamenti lill-Alleanza tan-NATO.
Dawn il-konservattivi qed jgħidu li l-impenn ta’ Trump, fih innifsu, hu forma ta’ tradiment wara li hu kien wiegħed biex itemm l-involviment ta’ pajjiżu fil-gwerer li jiżbruffaw ‘il hinn mill-Istati Uniti.
Wara li Donald Trump, fil-bidu tal-ġimgħa, esprima l-pjan biex ‘jintbagħtu l-aramamenti sofistikati lill-Ukrajna permezz tan-NATO,’ Marjorie Taylor Greene, membru Repubblikan tal-Kungress u Steve Bannon, l-eks-strateġista u konsulent politiku ta’ Trump, ħarġu jikkundannaw din id-deċiżjoni.
Dan waqt li Bannon u konservattivi oħrajn tal-MAGA qed jinsistu li l-konflitt tal-Ukrajna għandu jitqies (mill-Amerikani) bħala ‘gwerra li tikkonċerna biss lill-Ewropa’.
Huma baqgħu jinsistu b’din il-pożizzjoni minkejja li l-White House qed jenfasizza li ‘l-Ewropej se jħallsu għall-armamenti prodotti mill-Istati Uniti u li se jingħataw għad-difiża tal-Ukreni’.
Min-naħa tagħha Greene – li hi fost l-aktar sostenituri leali tal-President Trump – qalet li l-oppożizzjoni tagħha u ta’ sħabha ma tikkonċernax biss ‘lill-Ukrajna’ iżda s-sehem tal-Istati Uniti fil-konflitti li għaddejjin fil-pajjiżi oħra. L-oppożizzjoni tikkonċerna wkoll il-kwistjoni tal-għajnuna li l-Istati Uniti qed tipprovdi lill-pajjiżi oħrajn – u fost l-insistenza li l-Amerikani kienu vvutaw għat-tmiem ta’ din il-politika.
Trump qed ikompli jgħid li l-armamenti mhumiex se jingħataw bħala għajnuna diretta u li l-Ewropej se jkunu qed jiffinanzjaw lill-istess armamenti li qed tipproduċi l-Istati Uniti.
Iżda Greene xorta tinsab xettika dwar is-sitwazzjoni u ma temminx li parti mill-piż finanzjarju mgħandhiex jaqa’ fuq spallejn l-Amerikani li jħallsu t-taxxa.
U skont hi, l-ispejjeż indiretti relatati mal-missjonijiet tal-Istati Uniti għat-taħriġ militari u l-kontribuzzjonijiet ta’ pajjiżha lin-NATO jikkwalifikaw bħala ‘involviment (tal-Amerikani) fl-impenji militari ‘il hinn mill-pajjiż’.
//= $special ?>