Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret app ġdida għall-verifikazzjoni tal-età bl-għan li timblokka lit-tfal milli jaraw kontenut online ta’ ħsara.
Din l-inizjattiva hija parti minn sforz usa’ mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi lit-tfal mill-ħsara diġitali… hekk kif uffiċjali qed jappellaw għal iktar kontroll fuq pjattaformi bħal Instagram u TikTok, b’numru kbir minnhom jinsistu fuq projbizzjoni tal-midja soċjali għat-tfal taħt il-15-il sena.
Din l-app se taħdem billi tippermetti lin-nies juru b’mod faċli li għandhom aktar minn 18-il sena, bl-għan li tipproteġi lit-tfal minn kontenut mhux xieraq.
Minbarra hekk, il-pajjiżi differenti li se jkunu qed jittestjaw l-app se jkunu jistgħu jimmodifikawha skont il-liġijiet tagħhom, bħal dawk rigward il-logħob tal-azzard jew il-midja soċjali, bħal Franza li ma jħallix lil dawk taħt it-15-il sena jużaw il-midja soċjali.
//= $special ?>