Sport

Rebħa impressjonanti fil-Kampjonat Dinji tan-Nisa tal-ibburdjar tal-Klassi Moth

Victoria Schultheis, li kkompetiet għal Malta u rrappreżentat ir-Royal Malta Yacht Club, rebħet il-kampjonati dinjija tan-Nisa fil-Klassi Moth, nhar il-Ħadd 13 ta’ Lulju.

Din il-kisba hija impressjonanti b’mod partikolari minħabba li Schultheis bdiet tikkompeti f’din il-klassi ta’ foiling dinghy ta’ prestazzjoni għolja ftit xhur ilu biss.

Il-Kampjonat tad-Dinja tal-Moth, li sar f’Malcesine fil-Lag ta’ Garda u li ġie ospitat minn Fraglia Vela Malcesine, ġabar flimkien 137 mill-aqwa baħħara tad-dinja. Schultheis kisbet l-ewwel post fejn għelbet iċ-champion renjanti Britannika Hattie Rogers u l-Ġermaniża Lisa Schweigert.

Il-Kampjonat, li ntemm fit-13 ta’ Lulju, kien immarkat minn diversi jiem ta’ temp instabbli, li wasslu biex isiru tlielaq kmieni filgħodu sabiex jittieħed vantaġġ mill-irjieħ tat-tramuntana – kundizzjonijiet ideali li ppermettew it-tlestija tal-aħħar żewġ tiġrijiet ta’ kwalifikazzjoni qabel mal-flotta nqasmet f’diviżjonijiet Deheb u Fidda.

Minbarra li rebħet it-titlu femminili, Schultheis spiċċat fl-39 post overall, fejn kienet qeda tikkompeti ma grupp ta’ baħħar Olimpiċi u ta’ klassi dinjija. Dan is-suċċess isegwi r-rebħa reċenti tagħha fil-Foiling Week Malcesine, li sar ukoll fuq il-Lag ta’ Garda.

Waqt li kienet qed titkellem wara r-rebħa tagħha, Schultheis qalet: “Għadni kemm irbaħt il-Kampjonat Dinji tan-Nisa u nħossni vera tajba. Nixtieq nirringrazzja lil kulmin għeni matul din il-ġimgħa. Il-flotta kollha kienet ta’ sostenn. Grazzi speċjali lil Hattie Rogers – hi ispiratni nidħol fil-klassi tal-Moth wara li rajtha ttellaq fi New Zealand.”

Din hija t-tieni titlu ta’ Champion tad-Dinja għal Schultheis, wara li kienet rebħet ukoll il-Kampjonat Dinji tal-Optimist fl-2016. Minħabba li issa fadal ‘il fuq min sena għall-Moth Worlds, Schultheis qed tiffoka biex tibbilanċja l-istudji tagħha mat-tlielaq fil-klassi Switch, li qed tikseb popolarità malajr fost l-aqwa baħħara.

Schultheis ser tkun qed tqatta’ xi żmien f’università f’Sydney, l-Awstralja. Dan iż-żmien se joffrilha opportunitajiet ġodda kemm fuq livell akkademiku kif ukoll fuq il-baħar, hekk kif tkompli tibni l-ħiliet u l-esperjenza tagħha f’din il-klassi dinamika.

(ritratt: Martina Orsini)