Lokali

Stennija kbira għal Ella Handerson, Damiano u ALOK

Ella Henderson, Damiano David u ALOK se jkunu qed jiddominaw il-Fosos matul is-serata tal-Isle of MTV ta’  din is-sena, li mistenni jkun spetaklu ieħor li jgħaqqad eluf ta’ persuni – kemm Maltin kif ukoll turisti.

Din se tkun is-17-il edizzjoni ta’ dan il-festival mużikali li kull sena jiġbed eluf ta’ adolexenti u żgħażagħ. L-ewwel edizjoni tal-Isle of MTV kienet saret fl-2008, fuq inizjattiva ta’ Gvern Nazzjonalista.

Ella Henderson, hija kantanta u kantawtriċi Britannika magħrufa l-iktar għall-kanzunetti Ghost, Yours u Glow. Filwaqt li Damiano se jagħmel id-deput tiegħu f’Malta wara li nieda l-ewwel album tiegħu bħala solista.

ALOK, minn naħa l-oħra, huwa DJ b’hits internazzjonali kbar fosthom b’kollaborazzjonijiet ma’ artisti bħal Ed Sheeran u Dua Lipa.

L-Isle of MTV, se jixxandar fuq l-MTV fit-13 ta’ Settembru, u huwa parti mill-Malta Music Week li ssir bejn il-15 u l-20 ta’ Lulju.