Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump wiegħed li jibgħat armi tal-aqwa kwalità lill-Ukrajna permezz tan-NATO.
Huwa ħabbar dan wara laqgħa mas-Segretarju Ġenerali tan-NATO Mark Rutte, f’Washington.
Trump qal li tagħmir militari li jiswa’ biljuni ta’ dollari se jitqassam lill-Ukreni malajr kemm jista’ jkun.
Rutte kkonferma li l-pajjiżi Ewropej se jibagħtu is-sistemi ta’ difiża Patriot lill-Ukrajna, bl-Istati Uniti se tkun qed tissostitwixxihom.
Għalkemm id-dettalji baqgħu limitati, il-ftehim jinkludi missili u munizzjon.
Trump wissa wkoll lir-Russja li sakemm ma jintlaħaqx ftehim ta’ paċi fi żmien 50 jum, l-Istati Uniti se timponi tariffi ta’ 100% fuq kwalunkwe nazzjon li jkompli jinnegozja ma’ Moska – u li potenzjalment jagħmel ħsara lill-alleati ewlenin Russi…. bħall-Indja.