Bormla Subbuteo Club rebħu l-Grand Prix tal-Germanja wara li fil-finali għelbu lil Catania b’differenza ta’ żewġ gowls wara li l-partita ntemmet 1 – 1. Bormla rebħu Grupp 1 fuq sistema round-robin bejn sitt timijiet meta għelbu 3 – 1 lil Barbarians; 4 – 0 lil Hennuyer tal-Belġju; 3 – 0 lil Catania; 4 – 0 lil Heopfigheim tal-Ġermanja; u lil BSC Schwalbach tal-Germanja 3 – 0. Fis-semifinali għelbu 2 – 1 lil Stembert tal-Belġju.
Bormla Subbuteo Club ilhom aktar minn sena fin-numru 1 tar-ranking dinji tal-Federazzjoni Internazzjonali tat-Table Football fejn fi staġun rebħu ħames Gran Prix
Għal Bormla Subbuteo Club lagħbu Jason Pisani – captain; George Ebejer; il-Belgjan Bessim Golger; u l-Awstrijaċi Christian Haas u David Busch.
Jason Pisani rebaħ il-kategorija tal-Veterani wara li għeleb 2 – 0 lil Santo Longo tal-Italja fil-finali filwaqt li John Zammit wasal sal-kwartifinali ta’ din il-kompetizzjoni.
Fil-kategorija Taħt is-16 il-sena, Gabriel Ebejer wasal sal-finali fejn tilef kontra Angelo Bisio. Fil-kategorija Taħt l-20 sena, Thomas Ebejer wasal sas-semifinali. Fil-kategorija Open, George Ebejer wasal sal-kwartifinali.
Stembert ta’ John Zammit ukoll kellhom wirja pożittiva, hekk kif waslu sas-semifinali. John Zammit kien strumentali sabiex kisbu dan it-tragward, fejn ma tilef ebda partita.
//= $special ?>