20 persuna tilfu ħajjithom f’rassa li żviluppat waqt li diversi Palestinjani bdew jippruvaw jiġbru l-ikel minn ċentru tad-distribuzzjoni f’Gaza.
Dan intqal mil-Gaza Humanitarian Foundation li hija appoġġjata minn Iżrael u l-Istati Uniti.
Jidher li dawn il-Palestinjani tilfu ħajjithom wara li spiċċaw mgħaffġa, u persuna oħra mietet kaġun ta’ daqqiet ta’ sikkina f’nofs din il-konfużjoni kollha li inqalgħet. Sorsi oħra qed jallegaw li r-rassa kienet mmexija minn persuni affiljati mal-grupp terroristiku Hamas. Dan, iżda, ma setax jigi ivverifikat.
Uffiċjali mill-isptar ta’ Nasser indikaw li kienu daħlu 10 katavri li mietu fgati.
Qabel dan l-inċident, il-Fondazzjoni li tmexxi dawn iċ-ċentri dejjem kienet ċaħdet li kien hemm xi mwiet viċin iz-zoni li huma fir-responsabbiltà tagħhom. Min-naħa l-oħra, dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti qalet li s’issa ‘l fuq min 650 persuna sfaw maqtula viċin dawn iz-zoni.
//= $special ?>