Għawdex Lokali

“Għada għidu talba ċkejkna biex l-intervent importanti li se jsirli jirnexxi” – Joe Grima

Joe Grima, ir-raġel li waqa’ sular il-ġimgħa l-oħra fir-residenza tiegħu f’Ta’ Kerċem, ser jiġi operat għada.

Permezz ta’ post fuq il-midja soċjali tiegħu huwa talab sabiex naħsbu fih hekk kif ser jagħmel dan l-intervent tant importanti għas-saħħa fiżika tiegħu.

Kienu ħafna dawk in-nies – partikolarment diversi Għawdxin – li fuq il-midja soċjali tagħhom esprimew messaġġi ta’ kuraġġ, tama u mħabba għal Joe. B’diversi jirrimarkaw id-devozzjoni kbira li għandu għall-Madonna tas-Sokkors.

Grima weġġa’ l-ġimgħa li għaddiet wara li waqa’ minn għoli fir-residenza tiegħu stess.