Internazzjonali Kurżitajiet

Il-profitti tal-kumpanija li ħolqot il-Labubu jisplodu b’iktar minn 350%

Il-kumpanija Ċiniza tal-ġugarelli, Pop Mart qalet li se tara l-profitti tagħha jogħlew fl-ewwel sitt xhur tas-sena. Dan wara li d-dħul total… aktar minn trippla.

Bosta tfal u żagħżagħ iffisaw fuq dawn il-karattri fittizji, li għandhom ringiela ta’ snien ippizzjati – pupi li ħolqu kjuwijiet enormi madwar id-dinja, u li huma ferm popolari anke mal-adulti.

Minħabba dan, diversi ħwienet madwar id-dinja kellhom iwaqqfu temporanjament il-bejgħ tal-Labubu.

Il-kumpanija Pop Mart irċeviet kritika minħabba li dawn il-ġugarelli jinbiegħu f’kaxxa fejn ma tkunx tista’ tara x’hemm fihom.

Fl-2024, 40% tad-dħul totali tal-kumpanija ġie minn barra ċ-Ċina. Il-Labubu sploda madwar id-dinja speċjalment fl-Istati Uniti. U f’Ġunju, komparat mas-sena ta’ qabel, il-bejgħ tal-Labubu fl-Istati Uniti żdied b’5,000%.

Din l-ossesjoni ħolqot suq ġdid fejn dawn il-ġugarelli li oriġinarjament jiġu mibjugħa għal $10 biss – saru jinbieħu għal għexieren ta’ Dollari.

F’irkant f’Bejing Labubu b’daqs ta’ bniedem inbigħ għal $150,000.