Lokali Unjoni Ewropea

Illum se jiġi ppreżentat l-ewwel abbozz tal-Budget Ewropew li jibda mill-2028

Kollox jinsab lest biex illum jiġi ppreżentat l-ewwel abbozz tal-Budget Ewropew għas-seba’ snin li jibdew mill-2028 – budget li se jiġi ppreżentat mill-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen.

Sorsi qed jgħidu li dan il-Budget jaf jiżdied għal €1.7 triljuni.

Interessanti wieħed jara x’se tkun l-allokazzjoni għal pajjiżna, u l-ħidma li trid issir biex Malta tieħu l-aqwa pakkett mill-Unjoni Ewropea – flus kbar li pajjiżna gawda minnhom sa mis-sħubija fl-UE fis-sena 2004.