Tħabbret il-mewt ta’ Victor Zammit, l-eks President ta’ Birkirkara li se jibqa’ imfakkar fl-istorja bħala l-President ta’ dan il-klabb fir-rebħ tal-ewwel Kampjonat Premier fl-istorja tal-Istripes, fl-istaġun 1999/2000.
Zammit kien id-disa’ President fl-istorja tal-klabb tal-futbol ta’ Birkirkara. Hu kien elett President ta’ Birkirkara fl-1996, u minn dak iż-żmien sal-lum, il-klabb sar wieħed mill-klabbs li ta’ kull staġun ikun fost l-isfidanti għar-rebħ tal-unuri.
Hu serva bħala President ta’ Birkirkara għal 13-il sena sħaħ, sas-sena 2009, b’Zammit se jibqa’ imfakkar ukoll bħala l-persuna li xpruna l-bidla fil-klabb, bit-tim ta’ Birkirkara, fiż-żmien li hu għamel President, rebaħ xejn anqas minn 18-il unur.
Fost l-unuri miruħa fl-era ta’ Zammit bħala President, Birkirkara rebħu darbtejn il-Kampjonat Premier u erba’ darbiet l-FA Trophy.
Net News isellem il-memorja ta’ Zammit u jagħti l-kondoljanzi sinċiera lill-familjari tiegħu.
//= $special ?>