Enerġija Lokali

Jinqata’ d-dawl f’Wied il-Għajn kaġun ta’ xogħlijiet li qed isiru mill-Enemalta

Net News jista’ jikkonferma li partijiet sħaħ ta’ Wied il-Għajn jinsabu bla dawl.

Jirriżulta li l-blackout wasal wara inċident li seħħ waqt ħidma li qed issir minn kuntrattur li kien qiegħed jagħmel xogħlijiet għall-Enemalta fiz-zona ta’ Marsaskala, u li wassal sabiex intlaqtu xi cables. Dan bir-riżultat li ġiet affettwata l-provvista tal-elettriku.

L-Enemalta qalet li t-timijiet tekniċi tagħha marru fiz-zona biex tiġi msewwija l-ħsara.

Il-Gvern qal li se jkun qed jissupplixxi ġenerators f’numru ta’ substations biex jassigura li r-residenti jkollhom il-provvista sakemm isiru it-tiswijiet neċessarji.