L-attriċi Britannika, Emma Watson, magħrufa l-aktar għall-interpretazzjoni ta’ Hermione Granger fil-films ta’ Harry Potter, ġiet sospiż milli ssuq għal sitt xhur wara li nqabdet issuq b’veloċità eċċessiva.
Il-każ seħħ matul il-lejl tal-31 ta’ Lulju tas-sena l-oħra, meta l-attriċi ta’ 35 sena kienet qed issuq bi 38 mil fis-siegħa f’zona li għandha limitu ta’ 30 mil.
Il-każ seħħ f’Oxford u l-Qorti semgħat kif fiż-żmien li seħħ l-inċident, Watson diġà kellha disa’ punti mnaqqsu fuq il-liċenzja tagħha.
Watson, li bħalissa qed tistudja għal master’s degree fil-kitba kreattiva fl-Università ta’ Oxford, ġiet ordnata tħallas total multa.
Emma Watson kisbet fama fl-2001 permezz ta’ Harry Potter u aktar tard ħadet sehem fi tmien films. Hi irreċtat ukoll f’Beauty and the Beast, The Bling Ring, u Little Women.
//= $special ?>