Il-funeral ta’ Jan Pace, ir-raġel ta’ 36 sena, li miet nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Lulju, ser isir nhar il-Ġimgħa 18 ta’ Lulju 2025 fid-9:30am.
Il-funeral ser isir fil-Knisja tal-Ħniena Divina fin-Naxxar.
Fuq xewqa tal-familja, minflok fjuri talbu sabiex jingħataw donazzjonijiet lil Crisis Resoultion Malta.
Omm Jan, Christine, permezz ta’ post fuq il-midja soċjali kitbet ukoll xi ringrazzjamenti lil dawk kollha li b’xi mod għenu fit-tfittxija ta’ binha Jan, fosthom lil Pulizija, lill-Protezzjoni Ċivili, K-9 Urban Search u Rescue Malta.
//= $special ?>