Sport Waterpolo

Rebħiet faċli għal Neptunes u Sliema… Birżebbuġa jdawru telfa f’rebħa fl-Ewwel Diviżjoni

SIRENS BUILD FITNESS……………. 11

SLIEMA FRANK SALT……………….. 18

(4-5), (2-4), (2-5), (3-4)

Sliema Frank Salt baqgħu b’punti massimi b’rebħa meritata fuq Sirens Build Fitness. Konfront li fih is-Slimiżi kkonfermaw il-potenzjal tagħhom bħala tim għalkemm kienet mistennija sfida aktar denja minn Sirens. Għal Sliema kien hemm nieqes Jamie Gambin għat-tieni logħba konsekuttiva.

F’erba’ okkażjonijiet tul l-ewwel sessjoni, Sirens wieġbu kull darba li Sliema marru fil-vantaġġ lejn tmiem is-sessjoni permezz ta’ Benji Cachia. Dan il-gowl għen lil Sliema biex jibdew jikkonsolidaw il-vantaġġ hekk kif f’żewġ okkażjonijiet fit-tieni sessjoni, Sliema kellhom tliet gowls vantaġġ.

Is-Slimiżi aċċertaw mit-tliet punti fit-tielet sessjoni b’gowl ta’ Liam Galea u erba’ gowls konsekuttivi tal-Grieg Angelos Vlachopoulos għal vantaġġ aktar minn komdu ta’ 14-6. Il-logħba naqqset mill-intensità fl-aħħar sessjoni u minkejja t-tentattivi ta’ Sirens li jnaqqsu d-distakk, Sliema baqgħu xorta jikkontrollaw.

Sirens: J. Parnis, P. Serracino, N. Bicari (4), P. Borg (1), J. Cachia (1), K. Agius (3), M. Ortoleva (1), I. Riolo, J. Zerafa Gregory, M. Sciberras, Z. Mizzi, G. Farrugia (1), M. Bonello DuPuis, G. Pace

Sliema: N. Grixti, E. Schembri (1), L. Galea (3), S. Engerer, J. Cassar (1), B. Cachia (4), J. Cutajar (2), D. Rizzo, J. Brownrigg, A. Galea (1), A. Vlachopoulos (5), D. Zammit (1), B. Busuttil, J. Chircop

Referees: Luca Iacovelli, Alex de Raffaele

VALLETTA PEAK INSURANCE……. 9

NEPTUNES BEST GYMS…………… 23

(1-4), (2-5), (3-8), (3-6)

Neptunes Best Gyms Malta għamluha faċli għalihom infushom b’rebħa faċli kontra Valletta Peak Insurance Brokers. Il-logħba kellha kapitlu wieħed, b’Neptunes jiddettaw il-logħba mingħajr wisq diffikultà u xxalaw fit-tieni parti tal-logħba. Għal Valletta din kienet prestazzjoni oħra deludenti fejn donnu kważi kienu rassenjati mill-bidu tal-logħba.

Gowls ta’ Jordan Camilleri, Alec Fenech u Gergo Zalanki wittew it-triq għar-rebħa ta’ Neptunes. Valletta pruvaw jagħmlu xi forma ta’ reazzjoni iżda u kienu 7-3 minn taħt sa nofs it-tieni sessjoni. Penalties ta’ Stevie Camilleri u Zalanki kabbru d-distakk għal sitt gowls sa tmiem is-sessjoni.

Kien lejn nofs it-tielet sessjoni li Neptunes neħħew kull dubju fejn kienet sejra r-rebħa. Permezz ta’ doppjetta minn Stevie Camilleri u gowls ta’ Fenech, Zalanki u Luigi Mallia, il-vantaġġ kiber għal 15-5. Fl-aħħar sessjoni, sodisfazzjon ukoll għaż-żgħażagħ Benji Schranz u Andreas Buhagiar li rnexxielhom iniżżlu isimhom fost l-iskorers lejn tmiem il-logħba.

Valletta: A. Bugeja, M. Mifsud (2), M. Carani, J. Sciberras, S. Busuttil, J. Colombo, M. Zammit, I. Nagaev (5), K. Borg, K. Erdogan (1), M. Chircop (1), M. Chircop, K. Cremona, G. Borg

Neptunes: M. Castillo, S. Gialanze (4), G. Zalanki (5), L. Mallia (1), J. Camilleri (2), A. Buhagiar (1), S. Camilleri (4), M. Castillo (1), B. Schranz (1), J. Bajada, A. Fenech (3), M. Azzopardi (1), M. Rossi, E. Mallia

Referees: William Isaia, Ronnie Spiteri

TA’ XBIEX AMIGOS………………… 14

BIRŻEBBUĠA ASC…………………. 15

(3-2), (5-4), (4-3), (2-6)

Birżebbuġa kisbu rebħa importanti meta dawru telfa f’rebħa kontra Ta’ Xbiex Amigos. Birżebbuġa għamlu prattikament logħba sħiħa minn taħt iżda baqgħu jemmnu fir-riżultat. Ta’ Xbiex irnexxielhom jirbħu l-ewwel sessjoni 3-2 b’gowl lejn tmiem is-sessjoni ta’ Nathan Bonavia. Il-vantaġġ ta’ Ta’ Xbiex kiber għal 6-3 sa nofs it-tieni sessjoni iżda Birżebbuġa l-ewwel naqqsu d-distakk għal gowl u spiċċaw is-sessjoni 8-6.

Birżebbuġa ġabu d-draw 9-9 lejn nofs it-tielet sessjoni b’doppjetta ta’ Marco Mannino u gowl ta’ Nikola Bursac. Madankollu Ta’ Xbiex reġgħu fetħu distakk ta’ tliet gowls sa tmiem is-sessjoni. Kienet reazzjoni brillanti ta’ Birżebbuġa fl-aħħar sessjoni li dawret ir-riżultat b’doppjetti ta’ Nicholas Bugelli u Jake Ciantar flimkien ma’ gowl ta’ Mikhael Cutajar. B’anqas minn żewġ minuti għat-tmiem, Ta’ Xbiex ma kellhomx biżżejjed ħin biex isalvaw xi ħaġa mil-logħba.

Ta’ Xbiex: T. Schembri, J. Farrugia, A. Camenzuli, L. Grech Carr (2), J. Zammit, M. Manara, F. Scardino (2), R. Pelicaric (7), N. Bonavia (3), J. Culic, Z. Bartolo, M. Naudi, A. Theuma, S. van Wyk

Birżebbuġa: M. Sladden, M. Aquilina (1), M. Cassar, N. Bursac (4), J. Ciantar (3), J. Falzon, J. Abdilla, N. Saliba (1), D. Farrugia, M. Cutajar (2), M. Mannino (2), N. Bugelli (2), S. Livori, J. Saliba

Referees: Luca Iacovelli, Massimo Angileri

Kif Jinsabu

Kampjonat Premier

LRDTFKPti
Sliema66001086918
San Ġiljan6501886615
Neptunes6402996512
Sirens620471916
Exiles610562993
Valletta6006731110
* 2 punti għar-rebbieħ u punt għat-tellief jekk logħba tintemm draw u tiġi deċiża bil-penalties

L-Ewwel Diviżjoni

LRDTFKPti
Marsaxlokk5500906315
Otters6312907510
Birżebbuġa530273629
Marsaskala630383809
Ta’ Xbiex621378798
Barracudas6006561110
* 2 punti għar-rebbieħ u punt għat-tellief jekk logħba tintemm draw u tiġi deċiża bil-penalties