Lokali

Suċċess għas-17-il edizzjoni tal-Isle of MTV

Eluf attendew għas-sbatax-il edizzojni tal-Isle of MTV li sar it-Tlieta filgħaxija fuq il-fosos tal-Furjana – kuncert li inkluda artisti kbar bħal ALOK, Damiano David u Ella Henderson. Dan apparti show li twassal mill-kantanta Maltija Miriana Conte.

Ella Henderson kantat uħud mill-kanzunetti ikoniċi tagħha fosthom “Ghost”, “Glitterball,” kif ukoll l-aħħar hits tagħha “Alibi,” “Filthy Rich,” u “Me & You.”

Għall-kantant-awtur Taljan ta’ fama mondjali, Damiano David din kienet l-ewwel prestazzjoni tiegħu f’Malta. Huwa wassal kanzunettia ikoniċi mill-album tiegħu – fost l-entużjażmu tal-folla preżenti.

L-Isle of MTV mbagħad intemm b’show mid-DJ Brażiljan, ALOK, illi wassal għall-ewwel darba fl-Ewropa il-kunċett tiegħu “Keep Art Human” – li tixhed is-saħħa tal-kreattivita umana, bis-sehem ta’ 45 żeffien.

Intant, matul is-serata, kien hemm is-sehem ta’ diversi Djs oħrajn. U anke il-kantanti Maltin Miriana Conte u Sarah Bonnici.